Kun parti mill-bidla li trid tara. L-opinjoni tiegħek tgħodd!
L-Empowering Children App għandha l-għan li tippromwovi u tappoġġja d-dritt fundamentali tat-tfal għal parteċipazzjoni sinifikanti, billi l-opinjonijiet tagħhom ikunu mfittxija u kkunsidrati f’istituzzjonijiet u sistemi ta’ diversi livelli fis-soċjetà.
Din hija l-ewwel pjattaforma li toħloq ambjent diġitali sigur fuq livell nazzjonali għat-tfal u ż-żgħażagħ taħt it-18-il sena, biex jieħdu sehem attiv u jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar it-tfassil tal-politika tal-Gvern.
Permezz tal-Empowering Children App, id-dokumenti u l-konsultazzjonijiet pubbliċi ser ikunu disponibbli f’verżjonijiet adattati għat-tfal sabiex dawn ikollhom l-opportunità li jsemmgħu leħinhom fuq kwistjonijiet li jikkonċernawhom u b’hekk jingħataw is-setgħa li jfasslu l-futur tagħhom.
Jekk għandek inqas minn 18-il sena, nixtiequ li tkun parti minn din l-inizjattiva, li titgħallem u tesprimi ruħek. Inħeġġuk tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet u l-politiki li għaddejjin, u min-naħa tagħna niżgurawk li l-feedback tiegħek jgħaddi għand in-nies ikkonċernati.
Kun parti mill-bidla li trid tara. L-opinjoni tiegħek tgħodd!
Kif tuża din l-App
Mur f’Dokumenti u Riżorsi
Hawn issib ġabra ta’ dokumenti adattati għat-tfal li huma faċli biex jinftiehmu u li huma miftuħa għall-feedback tiegħek.
Agħżel Dokument
Agħżel dokument (jew midja) li jinteressak u tgħallem x'qed jippjana li jagħmel il-gvern dwar dak is-suġġett.
Għidilna x'taħseb.
Għidilna x'taħseb. Tista' tikteb, tpenġi, jew tirrekordja l-feedback tiegħek. Nistennew minn għandek.