Politika tal-Cookie
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta inti żżur dan is-sit. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tkunx provduta minnek volontarjament permezz tal-formoli online.
X'inhi cookie?
Il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni żgħar li s-sit jitlob lill-browser tiegħek biex jaħżinhom bħala text strings fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma programmati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jirrisjedu fil-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.