Termini ta' Użu
Din il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) tipprovdi t-termini u l-kundizzjonijiet abbażi ta’ liema inti tista’ tagħmel użu minn dan is-sit, kemm bħala viżitatur kif ukoll bħala utent reġistrat. Jekk jogħġbok, aqra dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu b’attenzjoni qabel ma tibda tuża dan is-sit. Meta inti tuża dan is-sit, dak ikun jindika li inti taċċetta u taqbel li timxi ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu, jekk jogħġbok, ieqaf milli tuża dan is-sit.
AĊĊESS GĦAS-SIT
UŻU TAS-SIT
Notifiki u kummenti awtomatiċi:
Dan is-sit jista’ joffri s-servizz ta’ notifika awtomatika dwar aġġornamenti ta’ informazzjoni fl-istess sit. Din il-funzjoni ta’ notifiki tippermetti lill-utenti jagħżlu dak li jridu li jiġu notifikati fuqu u meta jiġu notifikati, dwar tibdil fl-informazzjoni. In-notifiki jintbagħtu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut mill-utent.
Dan is-sit jista’ joffri ukoll spazju għal kummenti biex tipprovdi interazzjoni bejn l-utenti u sid is-sit. Dan l-ispazju jagħti opportunità lill-utenti li jintervjenu u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni li tinsab fuq is-sit. Fil-każ li jintuża dan l-ispazju, nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:
– jekk ikun fih kliem ħażin jew xorta oħra ta’ profanità
– ma jkollhomx x’jaqsmu mat-tema tal-konverżazzjoni, jew mhumiex rilevanti mas-suġġett li jkun hemm fuq il-paġna;
– jekk tinkludi lingwa abbużiva lejn individwu involut fil-paġna, organizzazzjonijiet oħra jew l-amministratur tal-paġna;
Tranżazzjonijiet online permezz ta’ formoli elettroniċi:
- timla formoli online (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘e-Forms’);
- taffettwa l-ħlasijiet għall-e-Forms rispettivi;
- tehmeż id-dokumenti meħtieġa mal-e-Forms rilevanti qabel ma tibgħathom;
- tiffirma dokumenti u e-Forms;
- tissottometti e-Forms;
- tintraċċa l-e-Forms sottomessi;
- tirċievi notifiki rigward l-e-Forms sottomessi;
- tara l-istorja tal-e-Forms sottomessi;
- Tuża mekkaniżmi ta’ gwida u għajnuna fil-formoli;
UŻU TA' APPS TAL-GVERN FUQ IL-MOWBAJL
UŻU PROJBIT
Tista’ tuża s-sit għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża s-sit:
- Għal kwalunkwe mod li tikser xi liġi jew regolament applikabbli
- Għal kwalunkwe mod illegali jew qarrieqi, jew li għandu xi skop jew effett illegali, jew frodulenti
- In any way which may infringe our rights or the rights of third parties
- Biex tippubblika, tittrażmetti jew ixxerred informazzjoni fuq jew permezz tas-sit, li hija oxxena, difamatorja jew biex tagħmel ħsara
- Biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit
- Biex tbiddel jew tfixkel is-sit, jew tbiddel id-dehra tas-sit, b’xi mod
- Biex b’mod konxju, tittrażmetti informazzjoni jew ittella’ jew tibgħat xi materjal, li fih viruses, trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programm ieħor li jista’ jagħmel ħsara, jew computer codes simili, maħsuba biex jaffettwaw ħażin l-operat tas-software jew hardware tal-kompjuter
- Isir tentattiv biex tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew karatteristika tas-servizzi, jew xi sistemi jew networks oħra konnessi mas-servizzi, jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta’ Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit, permezz ta’ hacking, serq ta’ password, jew kwalunkwe mezz illeġittimu ieħor
- Biex tfittex, tiskennja jew tittestja l-vulnerabbiltà tas-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, jew biex tikser il-miżuri ta’ sigurtà jew ta’ awtentikazzjoni fuq is-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, inklużi s-servizzi
- Biex tagħmel reverse look-up, jew tfittex sors ta’ kwalunkwe informazzjoni fuq utent ieħor jew viżitatur tas-sit, jew xi klijent ieħor tal-Gvern ta’ Malta, inkluż kontijiet tas-servizz li mhumiex proprjetà tiegħek, jew li tisfrutta s-sit, kull servizz jew informazzjoni magħmula disponibbli jew offruta minn, jew permezz tas-sit, bi kwalunkwe mod fejn l-iskop huwa li tiżvela xi informazzjoni, inkluż iżda mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, għajr l-informazzjoni tiegħek stess, kif provdut mis-sit jew xi servizz ipprovdut permezz tas-sit
- Biex tiffalsifika headers jew timmanipula l-identifikaturi biex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trażmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta’ Malta fuq, jew permezz, tas-sit jew kwalunkwe servizz offrut fuq, jew permezz, tas-sit. Ma tistax tippretendi li int, jew li tirrappreżenta lil xi ħaddieħor, jew li tieħu post xi persuna jew entità oħra, sakemm ma tkunx awtorizzat.
Aħna nirriżervaw id-dritt li nwaqqfu kwalunkwe attività ta’ dan it-tip.
LINKS GĦAL SITI OĦRA
Fejn is-sit fih links għal siti u riżorsi pprovduti minn terza parti, dawn il-links huma pprovduti għall-informazzjoni tiegħek biss. M’għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut u r-riżorsi ta’ dawk is-siti, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għalihom jew għal kwalunkwe dannu li jista’ jiġi kkawżat meta inti tużahom.
LINKS GĦAL DAN IS-SIT
DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETWALI
DIPENDENZA TA' INFORMAZZJONI MTELLGĦA FUQ IS-SIT
Il-kummentarju u materjal ieħor imtella’ fuq is-sit mhuwiex intenzjonat biex jammonta għal pariri li fuqhom għandha titqiegħed fiduċja. Għalhekk aħna neżoneraw ruħna b’mod sħiħ minn kwalunkwe responsabbiltà li tista’ tirriżulta minn kwalunkwe dipendenza fuq materjal bħal dan, minn kwalunkwe viżitatur tas-sit, jew minn kwalunkwe persuna oħra li tista’ tiġi infurmata dwar kwalunkwe kontenut tagħha.
TIBDIL FIS-SIT
Aħna nimmiraw li naġġornaw is-sit b’mod regolari, u nistgħu nbiddlu l-kontenut fi kwalunkwe ħin. Jekk ikun hemm il-bżonn, nistgħu nissosspendu l-aċċess għas-sit, jew nagħlquh b’mod indefinit. Kwalunkwe materjal li jinsab fuq is-sit fi kwalunkwe ħin, jista’ jkun skadut, u m’aħniex obbligati li naġġornawh.
IL-COOKIES
Il-cookie tas-sessjoni hija biċċa informazzjoni li tiġi maħżuna fuq il-kompjuter tiegħek u li tiskadi meta tagħlaq il-browser tal-internet tiegħek. Is-sit elettroniku juża l-cookies tas-sessjoni biex temporanjament jidentifika l-azzjonijiet tal-utent huwa u juża s-sit, inklużi s-servizzi. Il-cookie tas-sessjoni hija informazzjoni maħżuna fil-cache tal-browser tiegħek li tibqa’ disponibbli biss lis-sit għat-tul kollu li l-window tal-browser tiegħek tibqa’ miftuħa (sessjoni) meta taċċessa s-sit, jew is-servizzi tiegħu, u l-ebda sit ieħor ma jista’ jitlob din l-informazzjoni. Meta tuża dan is-sit, jew is-servizzi tiegħu, tkun qiegħed tagħti l-kunsens tiegħek għall-ħażna tal-cookies fuq il-kompjuter personali tiegħek. Biex tiżgura li l-informazzjoni maħżuna mill-cookie tas-sessjoni titneħħa mill-cache tal-kompjuter personali tiegħek, huwa rrakkomandat ħafna li tagħlaq il-browser tiegħek meta tlesti mill-użu tas-sit jew tas-servizzi tiegħu.
SIGURTÀ
Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata minn denial-of-service attacks, viruses u materjal ieħor li jagħmel ħsara teknoloġika u li jista’ jinfetta l-apparat tal-kompjuter, programmi, informazzjoni jew materjal ieħor minħabba l-użu tiegħek ta’ dan is-sit jew meta jitniżżel [C15] materjal li jinsab fuq is-sit jew xi sit ieħor illinkjat magħha.
LIMITAZZJONI TA' RESPONSABBILTÀ
Il-kundizzjonijiet, garanziji u termini oħra kollha li huma altriment implikati bil-liġi.
Kull responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu dirett, indirett jew konsegwenzjali mġarrab minn kwalunkwe utent b’konnessjoni mas-sit jew mal-użu, inabbiltà tal-użu, jew riżultat tal-użu tas-sit, xi siti llinkjati magħha u kull materjal imtella’ fuqu, inkluż, mingħajr limitazzjoni, kull responsabbiltà għal:
ĊAĦDA TA' GARANZIJI
Aħna nistgħu nbiddlu jew nirtiraw, kemm in parte jew fis-sħiħ, is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit u dan fid-diskrezzjoni tagħna.
L-aħħar aġġornament: Ottubru 2018