Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali

STRATE1

Għidilna l-ħsibijiet tiegħek!

Hawn hu l-ispazju tiegħek biex tikteb, tiġbed, tirrekordja, u taqsam l-ideat u l-opinjonijiet tiegħek bi kwalunkwe mod li tixtieq. Irridu nisimgħu mingħandek. Ir-rispons tiegħek jgħinna niżguraw li qed noħolqu l-politiki u l-miżuri t-tajba għalik.

Scroll to Top

Strateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali

Pjan Biex Kulħadd Jgħix Ħajja Aħjar!

Verżjoni għat-Tfal

X’inhu l-Faqar?

Il-faqar ifisser li ma jkollokx biżżejjed flus għall-bżonnijiet bażiċi bħall-ikel, il-ħwejjeġ, u dar sigura. Dan jista’ jagħmel il-ħajja diffiċli għan-nies biex jixtru oġġetti jew servizzi li jeħtieġu biex jgħixu ħajja tajba.

X’inhi l-Esklużjoni Soċjali?

L-esklużjoni soċjali hija meta xi ħadd ma jkunx inkluż bħal jew daqs ħaddieħor f’attivitajiet tal-iskola, ħbiberiji, jew impjiegi. Din ġġiegħel lin-nies iħossuhom waħedhom jew imwarrba għax m’għandhomx l-istess ċans bħal oħrajn biex jissieħbu u jkunu parti mill-komunità.

Il-faqar u l-esklużjoni soċjali huma sors ta’ problemi fil-ħajja tan-nies.

Familji f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jista’ jkollhom diffikultajiet differenti: bħal nuqqas ta’ flus, livell baxx t’edukazzjoni, problemi ta’ saħħa, u nuqqas ta’ xogħol fost affarijiet oħra. Hekk kif id-dinja tinbidel, ir-raġunijiet għall- faqar u l-esklużjoni soċjali jinbidlu wkoll.

Biex jgħin lill-persuni li qed jiffaċċjaw problemi ta’ faqar u esklużjoni soċjali, il-Gvern tkellem ma’ gruppi differenti, inklużi esperti u nies li huma foqra.

Meta nstemgħu l-ideat u l-fehmiet ta’ kulħadd, inħoloq dan il-pjan biex itejjeb il-ħajja tan-nies fil-preżent u fil-futur.

Il-Prijoritajiet Ewlenin tal-Pjan għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Prijoritajiet huma l-oqsma importanti li jiffoka fuqhom il-pjan, biex ikun ta’ għajnuna b’mod speċjali għal nies li jkunu f’sitwazzjoni diffiċli.

Il-prijoritajiet ewlenin huma:

Għajnuna lil nies li jinsabu f’diffikultà biex ikunu jistgħu jaqilgħu aktar flus għall- bżonnijiet bażiċi tagħhom u jsibu l-għajnuna meħtieġa, speċjalment fejn tidħol is-saħħa u l-edukazzjoni.

Appoġġ lill-persuni li għandhom bżonn l- aktar għajnuna, bħal tfal, anzjani, migranti u familji, sabiex ikunu jistgħu jgawdu minn servizzi aħjar.

Inħeġġu aktar nies jagħżlu xogħlijiet importanti li joffru servizzi lin-nies li għandhom problemi ta’ faqar u esklużjoni soċjali.

Għajnuna biex in-nies ikollhom iċ- ċans li jsibu post tajjeb fejn jgħixu, bi prezz baxx.

Għajnuna lin-nies jagħmlu l-aħjar użu minn teknoloġiji ġodda u kompjuters.

Protezzjioni mill-għargħar u l- mewġiet tas-sħana.

Jistgħu jsiru ħafna affarijiet biex dawn il-prijoritajiet ewlenin isiru realtà.

Il-pjan isemmi azzjonijiet li jiffokaw fuq oqsma differenti.

Dawn li ġejjin huma l-aktar li jistgħu jgħinu lit-tfal:

Ħafna mill-azzjonijiet se jgħinu lill-ġenituri biex jiksbu aktar flus jew jixtru affarijiet irħas.

Se jkun provdut bidu aqwa għal tfal taħt it-3 snin!

Huma ser ikunu jistgħu jitgħallmu u jilagħbu f’postijiet mill-aqwa b’xejn, anke filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa waqt li l-ġenituri tagħhom ikunu x-xogħol.

L-għalliema f’dawn il-postijiet ser ikunu mħarrġa biex jitjiebu f’xogħolhom.

Il-ġenituri se jiksbu għajnuna biex isibu l-aħjar postijiet biex it-tfal tagħhom jiġu kkurati u mgħallma
affarijiet importanti.

Se jkun hemm kura speċjali għal tfal b’diżabbiltà sabiex dawn jieħdu l-appoġġ kollu meħtieġ.

It-tfal li jmorru l-iskola ser ikunu qed jagħmlu użu mill-aqwa skejjel!

L-iskejjel se jaħdmu mal-għalliema, il-ġenituri u l- esperti biex dejjem ikomplu jitjiebu għat-tfal.

Ser jiżdiedu attivitajiet ġodda u divertenti fl-iskola, wara l-iskola, u fis-sajf biex jgħinu lit-tfal fil-qari, il- matematika, il-kompjuters, u jsolvu problemi diffiċli. Dawn l-attivitajiet se jgħallmu lit-tfal il-ħiliet li se jużaw huma u jikbru!

It-tfal se jitgħallmu jieħdu ħsieb is-sentimenti tagħhom u jgħixu ħajja sana, u l-importanza li jibqgħu ‘l bogħod minn imġiba perikoluża.

Huwa importanti li t-tfal jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom. Se jingħata appoġġ għat-tfal u żgħażagħ għaddejjin minn żminijiet diffiċli, sabiex jiksbu għajnuna qabel ma jikbru l-problemi.

It-tfal se jitgħallmu li s-subien u l- bniet kollha għandhom jiġu trattati l- istess u li kulħadd jistħoqqlu rispett u ġustizzja.

Qed issir ħidma biex kulħadd ikollu dak li għandu bżonn u biex ħadd ma jħossu mwarrab. B’ideat siewja u għodod intelliġenti, dan il-pjan jgħin biex l-affarijiet isiru aħjar għal kulħadd!

Jekk għandek xi ideat oħra li jistgħu jagħmlu dan il-pjan saħansitra aħjar, nistednuk tibgħatilna l-fehmiet tiegħek.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal jistieden lit-tfal kollha biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom fuq l-Empowering Children App billi żżuru https://empoweringchildren.gov.mt/ jew permezz tal-QR Code li hemm fid-dokument.